Nafu li l-politiki ta' kanċellazzjoni ċari huma importanti biex jipprovdu flessibbiltà u serħan il-moħħ meta tibbukkja servizz jew esperjenza. Hawn għandek kif issib il-politika tal-kanċellazzjoni għall-bookings tas-servizz jew tal-esperjenza li bbukkjajt, kemm jekk tixtieq issir taf iktar dwarha kif ukoll jekk jeħtieġlek tikkanċella l-booking.
Qabel tibbukkja: Tista' ssib id-dettalji tal-kanċellazzjoni fuq il-paġna tas-servizz jew tal-listing tal-esperjenza minn Affarijiet li għandek tkun taf u matul il-proċess tal-booking-qabel tħallas.
Għal booking ikkonfermat: Tista' ssib informazzjoni dwar booking li bbukkjajt fit-taħdita tal-messaġġi mal-host tiegħek, jew billi tiċċekkja l-Vjaġġi tiegħek. Il-politika tal-kanċellazzjoni tinsab taħt Dettalji tal-booking.
Il-politiki ta' kanċellazzjoni jvarjaw skont il-listing ta' servizz jew esperjenza. Il-biċċa l-kbira tas-servizzi u l-esperjenzi fuq Airbnb se jkollhom politika ta' kanċellazzjoni ta' jum wieħed biex b' hekk tkun tista' tikkanċella sa jum (24 siegħa) qabel ma s-servizz jew l-esperjenza jibdew u jieħdu flusek kollha lura. Is-servizzi u l-esperjenzi magħżula se jkollhom politika ta' kanċellazzjoni ta' 3 ijiem biex b' hekk tkun tista' tikkanċella sa tlett ijiem (72 siegħa) qabel il-ħin li fih tibda s-servizz jew l-esperjenza u se jitħallsu flushom kollha lura.
Jekk tikkanċella barra mill-perjodu ta' kanċellazzjoni bla ħlas iddikjarat, mhux se tirċievi ħlas lura, sakemm waħda miċ-ċirkostanzi t' hawn taħt ma tgħoddx għall-booking tiegħek, jew jekk il-host, skont id-diskrezzjoni tiegħu, jaqbel li jagħtik il-ħlas kollu lura.
Il-ħinijiet u d-dati li nuru għall-politiki ta' kanċellazzjoni huma bbażati fuq iż-żona tal-ħin lokali tal-listing tas-servizz jew tal-esperjenza.
Jekk jogħġbok żomm f' moħħok li t-temp ħażin mhuwiex meqjus bħala problema li tagħti lid-dritt lil klijent għal ħlas lura barra mill-perjodu ta' kanċellazzjoni bla ħlas, sakemm it-temp ma jħallix li sseħħ l-attività.
L-aħħar deċiżjonijiet tagħna dwar il-kanċellazzjonijiet u l-ħlasijiet lura ma jaffettwawx drittijiet kuntrattwali jew statutorji oħra li jistgħu jkunu disponibbli għalik. Kwalunkwe dritt li l-klijenti jew il-hosts jista' jkollhom biex jibdew azzjoni legali jibqgħu mhux affettwati.
Jekk inti host jew tixtieq issir taf iktar dwar liema politiki ta' kanċellazzjoni huma disponibbli, jekk jogħġbok irreferi għall-politiki ta' kanċellazzjoni għal-listing tiegħek