Meta tippubblika l-kontenut fuq Airbnb tkun qed taċċetta li timxi ma' dil-politika. Fost il-kontenut hemm il-kontenut miktub, ir-ritratti, il-ħsejjes, il-vidjows u kontenut ieħor bħal:
Għandna l-jedd inneħħu kull xorta ta' kontenut, kollu jew parti minnu, li jmur kontra dil-politika, ir-Regoli tas-Servizz tagħna, l-Istandards tal-Komunità tagħna, il-Politika tar-Reviews tagħna skont ir-Regoli tas-Servizz tagħna. F'każ ta' ksur serju jew ripetut, nistgħu nillimitaw, nissospendu jew inneħħu għal kollox il-kont ta' Airbnb ta' dak l-utent.
Jekk taħseb li xi kontenut imur kontra dil-politika, tista' tirrappurtah direttament mill-app jew billi tikkuntattjana.