Kultant tkun tixtieq biss tara x'joffri s-suq. Drabi oħra tkun taf eżatt xi trid. Il-filtri tat-tiftix huma mod siewi ħafna biex issib dak li tixtieq int u tfittex post fejn toqgħod, esperjenza jew servizz.
Ibda t-tfittxija tiegħek billi tagħti dad-dettalji:
Ħloqna mod eħfef u iktar flessibbli ta' kif tfittex żjarat ta' xahar. Ikklikkja jew agħfas fuq Xhur biex tagħżel it-tul taż-żjara u tibdel id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-vjaġġ. Wessa' jew ċekken id-data tal-bidu u d-data tat-tmien b'14-il lejl biex inkunu nistgħu nsibulek firxa ikbar ta' listings disponibbli.
Agħfas fuq Filtriu naqqas ir-riżultati billi tagħżel minn għadd ta' filtri li jgħoddu l-aħjar għax-xorta ta' post fejn toqgħod li tixtieq.
Meta tagħżel Filtri, se nuruk ringiela bil-filtri li jafu jkunu addattati għalik. Dawn is-suġġerimenti tagħna skont il-filtri li użajt fl-imgħoddi u l-filtri li kienu ta' siwi għal klijenti oħra li kienu qed jagħmlu tfittxija li tixbah lil tiegħek.
Xorta taż-żjara: La se tivvaġġa int, allura fittex post kif tixtieq int. Fittex kmamar, djar sħaħ u iktar.
Firxa tal-prezzijiet: Sib post fejn toqgħod addattat għal butek–iffiltra bil-prezzijiet totali ta' kull lejl bit-taxxi.
Kmamar u sodod: Għall-kmamar tas-sodda, għall-kmamar tal-banju u għas-sodod, agħżel il-post addattat għalik jew għall-grupp tiegħek.
Kumditajiet: Xi nies ifittxu kċina, oħrajn ifittxu TV u oħrajn ifittxu parkeġġ bla ħlas. Agħżel dak li teħtieġ biex tħossok komdu/a.
Għażliet tal-booking: Agħżel l-għażliet tal-booking biex tkunlek eħfef li tibbukkja – il-Booking Immedjat, is-self checkin, il-kanċellazzjonijiet bla ħlas u iktar.
Postijiet fejn toqgħod iktar speċjali:
Xorta tal-propjetà: Fittex djar, lukandi, appartamenti u iktar.
Aċċessibbiltà: Teħtieġ daħla mingħajr taraġ jew xi vireg biex iżżomm magħhom fid-doċċa? Agħżel il-faċilitajiet meħtieġa biex tkun komdu/a u sigur/a.
Il-lingwa tal-host: Agħżel host li jitkellem b'lingwa li tifhem.
Bħalissa ma tistax tfittex b'xi kelma ewlenija.