Tixtieq tagħti ħarsa lejn id-dħul tiegħek? Id-Dashboard tad-dħul għandha grafika interattiva li turik id-dħul li għamilt u turi:
Biex issib id-dħul li qed tagħmel, mur fit-taqsima Dħul u kabbar il-grafika biex turik id-dħul xahar b'xahar jew sena b'sena jew id-dħul listing b'listing. Tista' tuża l-filtru biex tagħżel liema listing jew listings għandna nuruk.
Sir af iktar dwar id-Dashboard tad-dħul u l-grafika tad-dħul tiegħek.
Jekk tixtieq tagħti ħarsa lejn id-dħul li għamilt, Airbnb toħloqlok awtomatkament ir-rendikonti xahar b'xahar u sena b'sena. Tista' tikseb rapporti b'lura sas-sena meta bdejt tilqa' n-nies, imqassma listing b'listing u skont il-metodu tal-ħlas u tniżżilhom jew titlobna nibagħtuhomlok b'email bħala PDF.
Kull rapport jagħtik id-dettalji tad-dħul għal dak ix-xahar jew dik is-sena, fosthom:
Biex tkunlek eħfef li tikseb dil-informazzjoni se nagħtuk l-għażla li tibgħat ir-rapporti b'email jew li tniżżel ir-rapporti f'fajl PDF.
Іl‐fајl СЅV јіѕtа' јіnfеtаħ mіnn kull рrоgrаmm ѕtаndаrd tаl‐іѕрrеаdѕhееtѕ (bħаl Місrоѕоft Ехсеl‚ Gооglе Ѕhееtѕ јеw Аррlе Νumbеrѕ). Dil-ispreadsheet tiġbor fiha iktar informazzjoni bħad-dħul tiegħek, it-tariffi tas-servizz tal-host u t-tariffa tat-tindif (jekk titlob dix-xorta ta' tariffa) flimkien mad-dħul gross u t-taxxi mnaqqsa għal kull booking.
Dawn ir-rapporti jistgħu jinħolqu awtomatikament darba fix-xahar u darba fis-sena (meta jkunu disponibbli).