Airbnb tħoss li għandha responsabbiltà kbira biex taqdi lill-komunità tagħha, fosthom il-Hosts, il-klijenti u l-imsieħba tagħha u kull min juża jew imiss mal-pjattaformi u s-servizzi tagħna. Wieħed mill-modi kif naqdu lill-komunità tagħna huwa li nħarsu d-ditta u t-trademarks tagħna. Ma rridux li l-komunità tagħna jew xi ħadd ieħor jitħawdu meta jiġu biex jifhmu jekk xi ħaġa hix approvata, ikkontrollata, immexxija jew awtorizzata minn Airbnb. Dal-Linji Gwida maħsuba biex inħarsu d-ditta tagħna u biex ngħinuk taqsam l-informazzjoni dwar Airbnb b'mod responsabbli.
Dal-Linji Gwida huma parti mir-Regoli tas-Servizz. Meta tuża xi servizz ta' Airbnb tkun qed taqbad ma' dal-Linji Gwida, it-Termini tas-Servizz tagħna u l-politiki l-oħra tagħna.
Fost it-trademarks ta' Airbnb hemm l-isem ta' Airbnb, il-logo ta' Airbnb, il-logo ta' Bélo, il-badge ta' Superhost u AirCover flimkien mal-kliem, l-islogans, l-ikoni, il-logos, il-grafika, id-disinji u l-marki l-oħra kollha li jirreferi għal Airbnb, l-entitajiet marbuta magħha u s-servizzi u l-prodotti tagħha. Ħdimna ħafna biex niżguraw li dak kollu li noffrulek ikun tal-ogħla kwalità u d-ditti tagħna huma xhieda ta' dil-ħidma. Din hija r-raġuni għaliex inħarsu d-ditti tagħna b'kull mod possibbli, billi nirreġistraw it-trademarks u l-istil tad-ditta tagħna ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerka u madwar id-dinja.
Ma TISTAX tuża l-logo ta' Airbnb, il-logo ta' Bélo jew xi ikoni, logos jew trademarks ta' Airbnb sakemm ma jkollokx permess bil-miktub mingħand it-timijiet legali jew kummerċjali apposta ta' Airbnb, Inc. L-unika eċċezzjoni hija l-użu limitat tal-isem "Airbnb" kif imsemmi f'Taqsima numru 2 hawn taħt.
Agħmel
TAGĦMILX
Eżempji
Tajjeb, mexxi! | Le… |
Bob's Best Island Rental | Airbnbike |
Red's Rental Cleaning | Sunbnb jew Sun Bnb |
Anna's Island Escape | BNB Teacher |
rentmyskihaus.com | Bikebandb jew Bikeb&b |
Bike and Stay Rentals | nicebnb.com |
STR Management Co | airmansion |
Tista' ssemmi lil Airbnb (il-kumpanija) jew tuża l-isem ta' "Airbnb" biex tiddeskrivi dak li qed toffri. Jekk int xi ħadd minn dawn, jekk jogħġbok imxi ma' dawn il-linji gwida:
Agħmel
TAGĦMILX
Agħmel
TAGĦMILX
Eżempji
Tajjeb: Konkreti u Deskrittivi | Mhux tajjeb: Mhux ċari, Qarrieqa |
Aħna Kumpanija li tieħu ħsieb il-propjetà li tiffoka fuq il-listings fuq Airbnb | Aħna kumpanija li tieħu ħsieb il-propjetajiet ta' Airbnb |
Aħna noffru servizzi ta' tindif professjonali għall-postijiet li jinkrew fuq Airbnb | Servizzi tat-tindif professjonali għal Airbnb |
Il-Pariri Tiegħi fuq Kif Issir Host ta' Airbnb | Programm ta' Taħriġ għal Airbnb |
Ħerqan ħafna li nsir Host fuq Airbnb | Qed nilqgħu n-nies ġewwa darna grazzi għal Airbnb |
Applikajt għal xogħol ma' Airbnb | Tellajna did-dar mill-isbaħ fuq Airbnb |
Grupp tal-Midja Soċjali għall-Hosts ta' Airbnb | Grupp tal-Hosts ta' Airbnb ġewwa [Belt/Pajjiż] |
Jekk tixtieq tirriklama l-kumpanija tiegħek li tieħu ħsieb il-propjetajiet tal-kiri għal żmien qasir, il-linji gwida t'hawn fuq jgħoddu għalik ukoll. Jekk jogħġbok żomm f'moħħok ukoll li qatt m'għandek tirreferi għall-kumpanija tiegħek bħala "Kumpanija li tieħu ħsieb il-propjetajiet ta' Airbnb" jew b'xi mod tagħti x'tifhem li għandek xi "relazzjoni speċjali" ma' Airbnb għax tkun qed tagħti x'tifhem lill-utenti li int imsieħeb ma' Airbnb. Tista' tgħid li tieħu ħsieb jew toffri servizzi ta' żamma għad-djar ippubblikati fuq Airbnb imma Airbnb m'għandhiex tkun l-element ewlieni tal-websajt jew tar-riklami tiegħek.
Jekk għandek websajt jeħtieġ li jkollok ċaħda li tintwera b'mod prominenti li tgħid, "[isem il-kumpanija tiegħek] hija kumpanija indipendenti u mhux approvata jew imsieħba ma' Airbnb jew l-imsieħba ta' Airbnb". Jekk fuq il-websajt tiegħek għandek kalkolatriċi tad-dħul, xi formola ta' kuntatt jew sistema oħra biex tiġbor id-dejta tal-utenti, jekk jogħġbok ara li diċ-ċaħda tintwera b'mod prominenti taħt il-buttuna CTA.
L-imsieħba għandhom jiksbu permess bil-miktub qabel jużaw it-trademarks tagħna. Jekk għandek permess tuża t-trademarks tagħna, jeħtieġlek timxi mal-aħħar linji gwida tad-ditta tagħna li jistgħu jinkisbu mingħand il-kuntatt tiegħek ġewwa Airbnb. Dil-persuna se tkun tista' wkoll twieġeb il-mistoqsijiet li jaf ikollok dwar dal-linji gwida jew linji gwida oħra.